|
Read in English
F'din il-parti għandkom issibu numru ta' risposti għal xi mistoqsijiet li jista' jkollkom dwar użu aħjar ta' l-'Internet'. Jekk għandkom xi mistoqsijiet oħra tiddejaqx tikkuntattjana fuq id-dettalji li għandkom issibu fis-sezzjoni tal- 'Contact Us'
Għandna nifhmu li t-tfal u ż-żgħażagħ jistgħu jiltaqgħu aċċidentalment ma' materjal pornografiku intenzjonat għall- adulti. Jekk tifel jew tifla iffitxu għal dan it-tip ta' materjal intenzjonalment, ftakar illi dan jiġri b'mod naturali għax titqanqal ċertu kurzita' dwar materjal illi huma ma' jistgħux jaraw. Kun lest/a li tiddiskuti dan il konenut ma uliedek u aħtaf l-opportunita' biex tibda id-diskussjoni fuq dan l-argument. F'dan is-sit għandek issib xi għajnuniet kemm għalik kif ukoll għal uliedek.
1. Hemm xi mod kif xi ħadd jista' jikkontrollali il-computer jew ikun jaf x'fihom il-files personali tiegħi permezz tal-'Internet Connection'?
2. Ic-'Chatting' fuq l-'Internet' huwa perikoluż?
3. Kif nista' nerġa nara 'chats' antiki?
4. Jista' jkun li xi ħadd ieħor ikun jaf x'jingħad waqt chat privata?
5. Hemm xi mod kif nista' nwaqqaf il-'pop-ups'?
6. Huwa possibli li xi ħadd jirċievi materjal pornografiku permezz ta' 'e-mail'?
7. X'jiġri jekk xi ħadd jurini pornografija waqt 'chatting'?
8. X'jista' jagħmel il-'hotline' dwar l-abbuż ta' tfal fuq l-'Internet'?
9. X'jiġri jekk nagħmel rapport fuq il-'hotline'?
10. X'issir mid-dettalji personali tiegħi?
11. X'jiġri jekk xi ħadd iġiegħlni nara materjal pornografiku fuq l-'Internet'?
12. X'nista' nagħmel bħala ġenituri jew edukaturi dwar is-sigurta' ta' uliedi fuq l-'Internet'?
13. X'jista' jiġi rapurtat fuq il-formola ta' rapport li nsibu fuq il-website?
1. Iva, dan jista' jiġri jekk tħalli lil ħaddieħor jara il-'files' tiegħek. Dan isir problema jekk inti ma tridx li jiġri hekk. Dejjem għandek toqgħod attent meta taċċetta 'files' jew tiftaħ 'emails' mingħand nies li ma tafhomx. Qatt m'għandek tagħti passwords tal-'Internet' jew ta' affarijiet oħra. Lanqas lil-dawk li liktar tafda.
back to top
2. Iċ-'Chatting' huwa mezz ta' kif wieħed jista' jieħu pjaċir jagħmel ħbieb ġodda, titkellem ma' sħabek, tibgħat 'files' u affarjiet oħra. Iżda kien hemm xi individwi li għaddew minn esperjenzi xejn sbieħ li ġraw waqt 'chatting'. Dan jista' jiġri l-iktar jekk ma toqgħodx attent/a. Qatt m'għandek tgħaddi dettalji personali lil persuni oħra, speċjalment lil dawk li ma tafhomx. Kif ukoll qatt m'għandek tiltaqa' fiżikament ma' nies li tkellem f 'chat rooms'. Jekk m'hemmx alternattiva oħra u trid tiltaqa' ma' din il-persuna bilfors, tajjeb li tieħu lil xi adult ta' fiduċja miegħek.
Żomm kopji ta' 'chats' li jkun fihom kliem li b'xi mod idejqek sabiex adult responsabbli ikun jista' jispjegalek x'inhu jiġri u jkun jista' jgħinek.
back to top
3. Jekk
trid li tirraporta xi abbuż li sar fuq ‘chat’ tajjeb li żżomm
kopja taċ-‘chat’ li tixtieq tirraporta.
Tista’ tagħmel dan billi
tissejvja il-konversazzjoni. Dan issir skond is-‘settings’ tal-programm ta’ ‘chat’ li wieħed
juża. Tajjeb li taqra sew is-‘settings’
u is-sezzjoni fejn hemm ‘Help’ biex tiċċekja kif tista’ iżomm
chats antiki. Huwa importanti li jinżammu dawn ic-‘chats’ bħala prova
tal-abbuż sabiex il-persuni li tafda jkunu jistgħu jgħinuk.
back to top
4. Dan
ukoll jiddependi mill-programm ta’ ‘chat’ li tkun qed tuża’. Jekk inti tista’ tara dak li persuni
oħra qed jgħidu, mela dan jista’ jiġri. Huwa ħażin meta xi ħadd
jipprova jara x’qed jingħad waqt ‘chat’ privata bejn tnejn min-nies
permezz ta’ ‘hacking’. F’dan il-każ
il-kumpanija li tipprovdi is-servizz tal-Internet jew persuna teknika fil-qasam
tal-‘IT’ tista’ tgħinek aħjar.
back to top
5. Jeżistu xi ‘pop-up blockers’ li tista’
tniżżilhom b’xejn minn
fuq l-Internet. Hemm ukoll xi ‘browsers’
bħal ‘Internet Explorer’, ‘Mozilla Firefox’ u oħrajn li jiġu
mal-ewwel b’ ‘pop-up blocker’ installat fihom.
Dejjem għandek taqra l-istruzzjonijiet ta’ ‘pop-up blocker’ u
fittex xi informazzjoni dwaru qabel tinstallah.
back to top
6. Iva jista’
jkun. Jista’ jkun li dawn it-tip ta’ ‘e-mails’
ikollhom links li jwasslu ghal siti pornografiċi. Dawn l ‘e-mails’ issibhom jidħlu fil-‘junk
mail’ jew ‘spam’. Il-pornografija li tinkludi tfal għandha
tieqaf. Inti fid- dmir li tirraporta
jekk tiltaqa’ ma’ pornografija li tinkludi tfal. Tista’ tagħmel dan permezz tal-website
tal-Agenzija Appoġġ billi timla l formola apposta fuq www.appogg.gov.mt
jew billi ċċempel fuq Support line 179. F’każ li tfal jirċievu materjal
pornografiku kemm tal-kbar kif ukoll ta’ tfal, dawn għandhom jitkellmu
malajr kemm jista’ jkun mal-ġenituri jew xi adulti li jafdaw. Huwa diffiċli ħafna li tikkontrolla
‘spam’ jew ‘junk mail’. Jekk tissuspetta
li xi ħadd qed jibgħat pornografija lit tfal tiegħek,
għandek titkellem magħna mal-ewwel biex inkunu nistgħu
ngħinuk.
back to top
7. Il-pornografija għall adulti hija
legali. Iżda kemm jekk inti tifel/tifla kif ukoll adult u tkun espost
għal pornografija ta’ tfal għandek tirraporta mal-ewwel lis-servizz
tagħna. Huwa illegali li adult
jibgħat jew juri pornografija lil minorenni. Jekk jiġri hekk, it-tfal għandhom jitkellmu
mil-ewwel biex adult responsabbli ikun jista’ jgħinhom skond dak li jkollom
bżonn. Tajjeb li żżommu
kopja taċ-‘chat’ biex il-persuni responsabbli ikunu jistgħu issiru
jafu aħjar minn fejn ġie dak il-materjal.
back to top
8. L-għan tal-Hotline hu dak li jiġġieled kontra l-Abbuż
ta’ tfal fuq l-Internet. Is-servizz huwa
weħed kunfidenzjali fejn il-pubbliku ġenerali jista’ jagħmel
rapport fuq il-linja 179 jew fuq il-website www.appogg.gov.mt. Dan is-servizz
jipprovdi wkoll informazzjoni u ideat dwar kif persuna tista’ tuża
l-internet aħjar.
back to top
9. Ir-rapport
jiġi pproċessat mit-tim tal-‘Hotline’. Dawn jiċċekjaw jekk ir-rapport
huwiex validu jew le. F’każ li
ir-rapport ikun validu, dan jiġi
mgħoddi lil-pulizija biex issiru iktar investigazzjonijiet.
back to top
10. Is-servizz huwa wieħed kunfidenzjali u għalhekk ma jingħatawx
dettalji dwar min ikun għamel ir-rapport.
Huwa importanti li dawk li jużaw is-servizz iħalli id-dettalji
sabiex inkunu nistgħu ngħinu lil min ikun għamel
ir-rapport. L-unika informazzjoni li tgħaddi
għal għand il-pulizija huwa l-indirizz tal-‘website’ li inti tirraporta. Tista’ wkoll tagħżel li tirraporta
b’mod anonimu. F’dan il-każ it-tim
tal-‘Hotline’ ma jkunx jista’ jikkuntatjak lura b’informazzjoni ta’ x’ikun sar
mir-rapport.
back to top
11. Jekk jiġri hekk għandek tiddiskuti dak li għaddejt minnu
mal-ġenituri jew ma’ xi adult li tafda.
Tista’ wkoll iċempel 179 fejn il-voluntier/a fuq il-linja
jistgħu jiggwidawk aħjar dwar x’għandek tagħmel.
back to top
12. L-aħjar ħaġa li tagħmel bħala ġenitur jew
edukatur hi li tiddiskuti ta’ spiss l-Internet mat-tfal tiegħek. Tista’ tuża dan il-ħin biex
tgħaddi informazzjoni dwar kif it-tfal jistgħu jużaw l-‘Internet’
aħjar u b’mod sigur.
Poġġi l-‘computer’ tal-familja f’post fejn faċilment
tista’ tagħmel superviżjoni bħala ġenitur. Tista’ ukoll tinstalla filter biex
tikontrolla x’kontenut qed jidħol fil-‘computer’ li jużaw it-tfal. Staqsi
lill-kumpanija li tipprovdilek is-servizz tal-‘Internet’ jew lil persuna
teknika fil-qasam tal-kompjuters għal iktar informazzjoni. Fis-sezzjoni ta’ riżorsi, fuq din
il-website, għandkom issibu diversi indirizzi ta’ ‘websites’
b’informazzjoni li jistgħu
jgħinukom.
back to top
13. Fil-formola ta’ rapport li tinsab fuq din il-‘website’ tistgħu
tirraportaw:
- Kuntatt malizzjuż li jsir
permezz ta’ ‘chat rooms’ jew b’’email’.
- Indirizzi/URL ta’ ‘websites’
b’kontenut illegali bħal stampi jew videos li juru tfal
f’sitwazzjonijiet sesswalment espliċiti.
- ‘Profiles’ foloz li huma
maħluqa permezz ta’ websites bħal Hi5, Zebo jew ‘Facepic’.
- Kontenut illegali bħal
stampi, ‘videos’ jew ‘audio files’ li jitqassmu fuq peer-to-peer
networks.
Il-Formola ta’
rapport tistgħu issibuha fil-‘homepage’ tas-sit tal-Aġenzija
Appoġġ
www.appoġġ.gov.mt. Hekk kif tidħlu fis-sit u
tniżżlu ftit il-paġna l-isfel għandkom taraw sinjal
tal-iStop aħmar. Jekk tikklikkjaw
fuqu tidħlu mil-ewwel fil-formola tar-rapport u tistgħu
idaħħlu l-informazzjoni mitluba.
|