co-funded by the European Union
inhope
insafe
BulletTIPS FOR SAFER INTERNET

Read in English

Xi ideat għall-użu aħjar tal-Internet.

Għall-ġenituri:

  • Skopri l-‘Internet’ flimkien mat-tfal tiegħek – Prova tgħallem kif jintuża l-‘Internet’ flimkien ma’ ibnek/bintek.  Flimkien tistgħu tibnu relazzjoni ta’ fiduċja fejn it-tfal iħossuhom iktar komdi li jitkellmu fuq l-esperjenzi posittivi u negattivi li jiltaqgħu magħhom fuq l-Internet.   Prova sib siti li huma interessanti u adattati għat-tfal fejn fl-istess ħin jieħdu gost jużawh magħkom.
  • Oħloq linji gwida flimkien mat tfal tieghek – Oħloq sett ta’linji gwida biex l-Internet jintuża aħjar.  Ħeġġeġ lit-tfal biex ma jagħtux dettalji personali fuq l-Internet.  Ftiehmu fuq l-ammont ta’ ħin li t-tfal iqattgħu fuq l-Internet u x’tip ta’ ‘websites’ jaraw.  Spjega għalfejn ċertu websites huma adattati filwaqt li oħrajn m’humiex.
  • Ħeġġeġ lit-tfal biex joqgħodu attenti – It-tfal għandhom joqgħodu attenti lil min jagħtu informazzjoni personali.  Tajjeb li jkunu ppreparati fuq dak li jistgħu jiltaqgħu miegħu fuq l-‘Internet’.  Spjega kif jistgħu jużaw l-‘Internet’ mingħajr ma jagħtu wisq informazzjoni dwarhom infushom fuq chats, online profiles jew blogs. 
  • Tikritikax wisq l-użu tal-‘Internet’ mit-tfal – It-tfal u ż-żgħażagħ jistgħu  jiltaqgħu mapornografija fuq l-‘Internet’ inċidentalment. Jekk tifel jew tifla ifittxu websites ta’ pornografija intenzjonalment, ftakar li huwa naturali li titqanqal kurżita fuq materjal li huwa pprojbit.  Prova ħu dan l-ispunt biex tiddiskuti iktar mat-tfal tiegħek u biex toħloq regoli sabiex it-tfal jużaw l-‘Internet’ aħjar.  Tgħallem kif għandek iġġib ruħek f’każ li it-tfal jiltaqgħu ma’ materjal offensiv u irraporta jekk tħoss li hu materjal li jinkludi tfal u/jew li hu illegali.
  • Agħti każ ta’t-tfal waqt li jużaw l-‘Internet’ – Żomm il-‘Computer’ f’post fejn faċilment tista’żżomm superviżjoni.  Tinkwetax jekk ma jaqbilx ma’ l-għamara għaliex is-sigurta’ tat-tfal għandha tiġi l-ewwel u qabel kollox.
  • Kun af kif it-tfal qed jużaw l-‘Internet’ - Huwa importanti li inti tkun taf kif jaħdem l-Internet biex tkun tista’ tiggwida li 0it-tfal kif għandhom jużawh aħjar.  It-tfal stess jistgħu juruk  x’’websites’ u xi programmi ta’ ‘chat’ jużaw.  Tista’ wkoll tikkuntattja lill-kumpanija li tipprovdilek is-servizz tal-‘Internet’ jew lil-persuna teknika fil-qasam tal-computer biex jgħinuk issir taf liema ‘websites’ jintużaw mit-tfal tiegħek.  Iżda l-aħjar mod hu li ssir taf tużah inti stess.  Il-Kusilli Lokali kemm-il darba jorganizzaw korsijiet fejn wieħed jista’ jitgħallem kif juża l-‘computer’ aħjar.
  • Għin lit-tfal jifhmu x’inhuma ir-riskji - Konversazzjoni fuq ‘chat’ tista’ twassal biex adult b’intenzjoni ħażina jipprva jiltaqa’ ma’ tifel jew tifla fiżikament. Il-ġenituri u l-edukaturi tat-tfal għandhom jifhmu li l-‘Internet’ huwa minjiera ta’ opportunitajiet fejn jistgħu jiltaqgħu ma’ tfal oħra u jagħmlu ħbieb ġodda. Għaldaqstant ċerti adulti jistgħu jabbużaw minn dan il-fatt. Adult b’intenzjoni malizzjuża jista’ joħloq identita’ falza u jdaħħal lit-tfal f’nasba perikoluża. Għalhekk huwa importanti li t-tfal ma jiltaqgħux fiżikament ma’ nies li jiċettjaw magħhom fuq l-‘Internet’ biex jevitaw esperjenzi qarsa. Qabel ma jiltaqgħu ma xi ħadd huwa importanti li jitolbu l-permess mingħand il-ġenituri jew mingħand dawk li jieħdu ħsiebhom. Hekk tkunu tafu fejn sejrin u x’ser ikunu qed jagħmlu. Spjega lit-tfal x’inhuma il-perikli ta’ meta jiltaqgħu ma’ nies li ma jafux.
  • Tagħtux informazzjoni personali – Tagħtux dettalji personali speċjalment f’websites li mintix ċert/a li huma siguri Eż. Numri ta’ credit cards. Jeżistu nies li kapaċi jabbużaw minn dawn in-numri u jkollom aċċess għal flus fil-credit cards. Dettalji personali jinkludu wkoll l-isem u l-kunjom, numru tat-telefon, numru tal-mobajl, indirizz elettroniku, l-isem tal-iskola u ritratti mill-ħajja privata tagħna. Meta ngħatu wisq informazzjoni dwarna jagħmilha iktar faċli biex min irid jagħmlilna l-ħsara issiba iktar faċilment . Tista tiċċekja jekk ‘website’ hijiex sigura billi tiċċekja li l-indirizz tal-‘website’ jibda b’https kif ukoll jekk jidirx katnazz żgħir fuq in-naħa t’isfel tal-‘website’. Dawn iż-żewġ fatturi jindikaw li ‘website’ hija sigura. Meta tkun qed tagħmel xi profile dwarek fuq l-‘Internet’ agħżel stampi li ma tidhirx ċar ħafna fihom. L-istampi tiegħek jistgħuy jiġu ikkupjati u użati biex joħolqu identita’ falza jew għal finijiet ħżiena oħra.
  • Installa ‘filtering software’ – Filtering software jgħinek tikkontrolla l-aċċess għal ‘websites’ illegali jew li jagħmlu ħsara lil uliedek. Għal aktar informazzjoni tkellem mal-kumpanija li tipprovdilek is-servizz tal-‘Internet’ jew mal-persuna teknika fil-qasam tal-‘Computer’. Dejjem aqra is-sezzjoni fejn ikun hemm it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ dan is-software. Anki jekk tinstalla dan is-‘software’ m’hawnx filter aħjar mis-superviżjoni tal-ġenituri.

Għal tfal u żgħażagħ:

  • Tgħaddix informazzjoni lil ħaddieħor – Persuna tista’ tabbuża minn informazzjoni bħal ismek, in-numru tat-telefon, indirizz jew ir-ritratti tiegħek. Qatt tagħti din it-tip ta’ informazzjoni lil-nies li ma tafhomx u li tiċċettja magħhom fuq l-internet. Oqgħod attent speċjalment meta tuża ‘chats’ jew ‘blogs’.
  • Agħraf il-limiti tiegħek – Ftakar li inti biss tista’ tikkontrolla is-sitwazzjoni li tkun fiha. Jekk persuna li qed tkellem jew xi kontenut li ltqajt miegħu dejqek ieqaf u itfi il-computer. Ieqaf mal-ewwel jekk diskursata f’’chat’ tibda issir skomda jew qed idejqek.
  • Qatt tiltaqa’ ma’ xi hadd wahdek – Avża lil-ġenituri tiegħek qabel ma tiftiehem li tiltaqa’ ma xi ħadd minn fuq l-‘Internet’. Jekk ma jkollokx għażla oħra ftiehem post fejn ikun hemm ħafna nies u jekk jista’ jkun matul il-ġurnata. Qatt ma għandek tiltaqa’ ma xi ħadd waħdek u evita li tiltaqa’ ma xi ħadd li iċċetjajt miegħu iżda li qatt ma ltqajt miegħu fiżikament. Ftakar x’tagħmel li kieku iltqajt ma’ xi ħadd ma tafux fit-triq? Tkellmu jew taċċetta ħelu jew rigali mingħandu?
  • Żomm l-evidenza u ħu l-passi meħtieġa – Ħu passi jekk is-sitwazzjoni tibda ddejqek jew ma tħossokx komdu. Ftakar li għandek iżżomm l-evidenza billi tissejvja il-messaġġi, e-mails jew stampi li ġiegħluk tħossok hekk. Dan jagħmilha iktar faċli għal ġenituri jew min jieħu ħsiebek biex ikun jista’ jgħinek. Aqra sew kif jaħdem il-programm ta’ ‘chat’ li inti tuża biex tiċċekja kif tista’ iżomm kopja ta’ ‘chats’ suspettużi.
  • Tkellem ma’ xi ħadd li tafda – Żomm lill-adulti ta’ madwarek infurmati b’dak li tagħmel fuq l-Internet. Hekk ikunu jistgħu jgħinuk mal-ewwel fejn u meta xi ħaġa tmur żmerċ. Tkellem u iftaħ qalbek ma’ xi adult responsabblu u li inti tafda l-iktar, dwar l-esperjenzi li tiltaqa’ magħhom fuq l-‘Internet’.