|
Read in English
L-‘Internet’
sar għodda li toffri diversi benefiċċji lis-soċjeta’
tagħna: inaqqas id-distanza ġeoġrafika filwaqt li jiffaċilita’
il-komunikazzjoni bejnietna, joffri aċċess għal riżorsi
edukattivi kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar. Jista’ wkoll jintuża bħala mezz ta’ referenza jew parir. Kullħadd jista’ jippublika xi
informazzjoni fuq l-‘Internet’ bħal ma kullħadd jista’ jkollu
aċċess għal dan il-materjal, anki tfal. Dan ma jfissirx li kulma nsibu fuq l-‘Internet’
huwa korrett jew tajjeb għat-tfal tagħna. Il-fatt li huwa faċli biex jintuża
mit-tfal, iwassal għal periklu li tfal jistgħu jaraw informazzjoni
offensiva jew mhix adattata għal eta’ tagħhom. Adulti b’intenzjonijiet mhux tajba
jistgħu jużaw dan il-mezz faċilment biex jabbużaw minn
minorenni billi joħolqu identita’ falza.
Il-‘Hotline’ għal abbuż ta’ tfal permezz
tal-Internet jaħdem ukoll biex inaqqas dawn ir-riskji li tfal
jiltaqgħu magħhom fuq l-Internet.
Il-‘hotline’ joffri ambjent sigur fejn il-pubbliku ġenerali jista’
b’mod kunfidenzjali, jagħmel rapport dwar dawn:
(i) Stampi li jinvolvu tfal f’sitwazzjonijiet sesswalment espliċiti.
Teżisti varjeta’ vasta ta’ dawn it-tip ta’
stampi fuq l-‘Internet’1 u mhux kollha
huma perikolużi indaqs.Il-liġi
Maltija dejjem tipproteġi lill-minuri.
(ii) Kuntatt minn adulti fuq tfal li jsir permezz ta’ chatting fuq l-Internet. Adult b’intenzjoni malizzjuza jista’ juża ‘chat
room’ biex jiġbor informazzjoni, iqassam materjal pornografiku u/jew
jipprova jiċċetja ma’tfal bl-intenzjoni li jħajjar lit-tfal
għal-attivita’ sesswali bħal pereżempju isaqsi lil tifel/tifla
biex tinża quddiem ‘webcamera’. Dan
jista’ jwassal biex dan l-adult ikun irid jiltaqa’ fiżikament ma’ tfal
billi jiftiehem x’imkien magħhom.
1 L-għan
tagħna mhuwiex li nwaqqfu ‘websites’ pornografiċi intenzjonati
għall-adulti iżda li nedukaw lit-tfal kif ukoll ġenituri
tagħhom, dwar il-perikli li jistgħu jiltaqgħu magħhom fuq
l-‘Internet’, u kif jevitaw li jiġrilhom dan.
|