News and Events BulletLastest News & Press Releases

Mira li jintlahqu 50 foster carer gdid matul l-2010
Friday, January 22, 2010

Il-Ministeru ghall-Politika Socjali b’kollaborazzjoni mal-Agenzija Appogg, illum niedha kampanja dwar il-Fostering immirata biex theggeg aktar persuni mill-pubbliku jsiru foster carers. L-ghan ewlieni ta’ din il-kampanja hu li matul is-sena 2010, in-numru prezenti ta’ 180 foster carer jizdied b’50.  

Din il-kampanja ser tinkludi bosta inizjattivi fosthom interventi edukattivi u informattivi fuq ir-radju u t-televizjoni; riklami fuq il-mezzi kollha tax-xandir; kif ukoll ser jitqassam materjal informattiv dwar il-Fostering f’postijiet pubblici bhal Kunsilli Lokali, Parrocci, Centri tas-Sahha fost l-ohrajn. Kopja ta’ dan il-materjal jista’ jinkiseb mill-Agenzija Appogg, f’36, Triq San Luqa, G’Mangia, jew mis-sit www.appogg.gov.mt.  

Waqt business breakfast li sar dalghodu fil-lukanda New Dolmen, il-Qawra, l-Ministru ghall-Politika Socjali l-Onorevoli John Dalli sostna l-bzonn li f’pajjizna jkun hawn aktar foster carers. Hu appella li f’din il-kawza jixtieq jara l-impenn ta’ kulhadd inkluz il-mezzi tax-xandir, sabiex jikber l-gharfien dwar il-fostering. Hu heggeg lill-mezzi tax-xandir sabiex ixandru l-esperjenzi pozittivi tal-foster carers sabiex napprezzaw li fost il-Maltin hawn membri tas-socjeta’ li jhaddmu s-solidarjeta’ ta’ veru ma min ikun fil-bzonn. Il-Ministru Dalli temm jghid li l-impenn taghna ghandu jikber aktar mal-individwu jkun vulnerabbli.  

Sina Bugeja, il-Kap Ezekuttiv tal-Fondazzjoni ghal Servizzi ta’ Harsien Socjali qalet li jista’ jkun hemm persuni li ghalkemm ikunu jixtiequ jidhlu ghall-fostering, ikunu bezghana mill-impenn u minn dak li jinvolvi l-fostering. Sfortunatament, din il-biza’ tkun gejja minn nuqqas t’informazzjoni jew minn mizinformazzjoni u ghalhekk il-kampanja li qed titnhieda llum hi mmirata li zzid il-kuxjenza dwar x’inhu ezatt il-fostering u x’jinvolvi, filwaqt li ninkoraggixxu aktar persuni jersqu lejn l-Agenzija b’interess li jsiru foster carers.  

Foster carers giving their experience during the launch of the campaign

Hawn tfal u adoloxxenti li minhabba certi diffikultajiet fil-familja, ikun aktar ta’ gid ghalihom jekk iqattghu ftit zmien ’il boghod mill-familja taghhom. Dawn id-diffikultajiet jistghu jinkludu mard, abbuz, abbuz minn sustanzi, mewt, problemi ta’ sahha, fost l-ohrajn. L-ghan ewlieni tal-Fostering huwa li dawn it-tfal u adoloxxenti jibqghu jghixu f’ambjent ta’ familja flimkien mal-foster carers sakemm is-sitwazzjoni fil-familja naturali taghhom titjieb. Jekk ikun fl-ahjar interess taghhom, dawn it-tfal jergghu jmorru jghixu mal-genituri naturali taghhom. Fil-fatt, wiehed mid-dmirijiet tal-foster carers huwa li kemm jista’ jkun, u jekk ikun fl-ahjar interess tat-tfal, dawn izommu kuntatt mal-familja naturali taghhom. Il-Fostering jista’ jkun mifrux fuq zmien qasir jew anki fit-tul, skont il-kaz. Barra minn hekk hemm tipi differenti ta’ Fostering li huma: Kinship Fostering - meta t-tfal jiehdu hsiebhom qraba taghhom; Emergency Fostering - meta jkunu jinhtiegu foster carers sabiex jiehdu hsieb tfal b’urgenza minhabba xi sitwazzjoni li tkun inqalghet fil-familja, bhal f’kaz ta’ sptar, u ohrajn; Respite Fostering - foster placements qosra li hafna drabi jservu ta’ serhan ghal foster carers ohra; u Specialised Fostering - meta t-tfal fostered ikollhom bzonnijiet specjali. 

Sal-ahhar tas-sena 2009 kien hemm 190 tifel u tifla li huma fostered. Izda hemm ukoll madwar 60 ohra li qed jghixu fi djar residenzjali ghat-tfal jistennew biex jigu fostered. Dejjem ikun hemm domanda ghall-foster carers. Barra minn hekk, hemm bzonn li jizdiedu wkoll foster carers minn Ghawdex. Il-Ministeru ghall-Politika Socjali u l-Agenzija Appogg inghaqdu flimkien f’din il-kampanja biex iwasslu messagg car, dwar il-bzonn li dawn it-tfal, minkejja d-diffikultajiet li sabu ruhhom fihom, xorta jibqaghlhom id-dritt li jghixu f’ambjent sikur ta’ familja.  

Minbarra l-ghotja ta’ €70 fil-gimgha lill-foster carers bhala Child in Care Benefit, il-foster carers, it-tfal naturali taghhom u t-tfal fostered jinghatalhom sapport minn servizzi socjali ohra moghtija mill-Agenzija Appogg minghajr hlas. Dan minbarra li jinghata tahrig, kemm f’Malta kif ukoll f’Ghawdex, lil dawk il-persuni li jkunu jixtiequ jsiru foster carers. Il-Gvern iqis il-Fostering bhala investiment biex dawk it-tfal jikbru b’mod b’sahhtu, ghax fl-ahhar mill-ahhar huma jirriflettu l-generazzjoni futura.  

Matul dan il-business breakfast, zewg foster cares qasmu l-esperjenza taghhom ma’ dawk prezenti. Is-Sinjuri Azzopardi ilhom jiffosterjaw ghal aktar minn disa’ snin, li matulhom ghamlu kemm short-term, long term, kif ukoll respite placements. Prezenti ghal din il-konferenza stampa kien hemm ukoll Social Workers mit-tim tal-Fostering tal-Agenzija Appogg, Social Workers mit-tim tal-Looked After Children Service li jissapportjaw lil dawk it-tfal li huma fostered kif ukoll lil dawk li jghixu fi djar residenzjali, membri mill-Assocjazzjoni Maltija Nazzjonali tal-Foster Carers (NFCAM) u professjonisti ohrajn li jahdmu f’dan il-qasam.

BulletView All Press Releases and Activities